L-aspetti ekonomiċi tal-virus Covid-19 - Vlog300

​F’dan il-mument hekk delikat, il-Prim Ministru, il-Kabinett tal-Ministri u kull min qed imexxi l-azjendi, iridu jżommu l-kalma u jieħdu d-deċiżjonijiet bil-ħsieb u bi pjan. Jekk wieħed jippanikkja, ma jieħux id-deċiżżjonijiet tajbin.
Jiena fiduċjuż, li aħna, bħala Maltin u flimkien mal-gvern, jekk naħdmu bil-għaqal, jirnexxielna ngħelbu din il-burraxka, bl-inqas ħsara għall-pajjiżna u għal-ekonomija tagħna, u għall-ġid tal-poplu kollu.