Riżorsi Umani Limitati - Vlog296

​Huwa mportanti li nżommu l-piż tat-taxxi fuq il-familji Maltin u Għawdxin baxxi kemm jista’ jkun. Dan il-gvern jemmen bil-kbir fuq dan il-prinċipju u dan jixhdu it-tnaqqis fit-taxxi li saru matul dawn l-aħħar seba’ snin, tnaqqis li wassal biex jinħolqu bosta postijiet tax-xogħol ġodda. Fl-istess waqt, rajna kif ngħinu lil-faxex tas-soċjeta’ li jenħtieġu għajnuna biex itejjbu l-livell tal-ħajja tagħhom. Din hija ekonomija bilanċjata u f’dan kollu, is-settur pubbliku għandu rwol importanti. Kull min jaħdem fis-settur pubbliku għandu d-dmir li jara li mhux iżid ir-riżorsi umani, iżda jara lir-riżorsi li għandu jiġu mmaniġġjati u mħaddma b’mod effiċċjenti u ma jkun hemm ġela ta’ flus. B’hekk inkunu qed niżguraw li r-riżultati ekonomiċi u soċjali li qed jirrnexxiela niksbu, jitkomplew b’dan ir-ritmu.