Biex inwasslu l-messaġġ - Vlog293

​Hu d-dover tagħna lkoll li naħdmu sabiex l-istampa kerha li l-barranin għandhom fuq pajjiżna, inbidluha fl-aktar żmien qasir possibli u nerġgħu nagħtu l-istampa veritjera ta’ pajjiżna. Il-Prim Ministru hu determinat li jmexxi l-pajjiżna fuq il-prinċipji li dejjem għożżejna, jiġifieri il-prinċipji ta’ governanza u tas-saltna tad-dritt.

Hemm bżonn li kull min instiga u xerred aħbarijiet allarmanti biex tingħata stampa kerha fuq pajjiżna, irid jieqaf milli jkompli jkebbes in-nar u jibda jikkomunika il-fatti kif inhuma u mhux ixerred stampa bogħod mill-verita’.