STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U S-SERVIZZI FINANZJARJI

Reference Number: PR202306, Press Release Issue Date: Nov 18, 2020
 
Il-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji ħabbar li lbieraħ Malta rċeviet self mill-Kummissjoni Ewropea ta’ €120 miljun nominali b’rata ta’ imgħax vantaġġużi bħala għajnuna finanzjarja li l-Unjoni Ewropea qed tagħti lill-pajjiżi membri permezz tal-istrument SURE.
 
Dan l-ammont u parti mill-€243.6 miljun nominali li ġie allokat lil Malta aktar kmieni din is-sena b’rabta mal-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar it-twaqqif tal-Istrument Ewropew għall-Appoġġ Temporanju biex jitnaqqsu r-riskji tal-qgħad f’emerġenza (SURE) marbuta mal-imxija tal-Covid-19. Fix-xhur li ġejjin, il-Kummissjoni Ewropea mistennija tgħaddi l-kumplament tas-self lil Malta.
 
Din l-għajnuna finanzjarja hija mmirata speċifikament biex tgħin lill-pajjiżi membri jindirizzaw żieda f’daqqa fin-nefqa pubblika b’reazzjoni għall-kriżi tal-COVID-19. Dan sabiex jiġu ssalvagwardjati l-impjiegi inklużi ta’ dawk li jaħdmu għal rashom u miżuri oħrajn relatati. Aktar dettalji dwar dan is-self jinsabu fit-tabella li tidher hawn taħt:


Self għal perjodu ta’ 5 snin​ ​Self għal perjodu ta’ 30 sena
​​​​Ammount Nominali ​€80,000,000 ​€40,000,000
Kupun ​0% ​0.30%
Rendiment  ​-0.509% ​0.317%​
 
---------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------
 

Press Release By The Ministry For Finance And Financial Services
 
The Ministry for Finance and Financial Services would like to announce that yesterday Malta received from the European Commission a loan of €120 million nominal granted on favourable terms in respect of financial support that the European Union is giving to member states under the SURE Instrument. 
 
This amount is part of the amount €243.6 million nominal that was allocated to Malta early this year in connection with the implementation of European Council decision regarding the establishment of an European instrument for temporary support to mitigate unemployment risks in an emergency (SURE) in response to the COVID-19 outbreak. The European Commission will be disbursing the remaining loan amount to Malta in the coming months. 
 
This financial support is specifically targeted to assist member states to address sudden increases in public expenditure in response to the COVID-19 outbreak to preserve employment, including self-employment and other related measures. More details about these loans can be found in the table below:


5-Year Loan 30-Year Loan
​​​​Nominal Amount ​€80,000,000 ​€40,000,000
​Coupon ​0% ​0.30%
Yield ​-0.509% ​0.317%