IL-MINISTRU SCICLUNA JINAWGURA L-IDENTITÀ L-ĠDIDA TA’ GLOBAL CAPITAL PLC. BĦALA LIFESTAR PLC.

Reference Number: PR202244, Press Release Issue Date: Nov 11, 2020
 
Il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna inawgura l-identità l-ġdida ta’ Global Capital Group, bħala LifeStar Plc.
 
Waqt l-inawgurazzjoni, il-Ministru Edward Scicluna qal, “Għal kull organizzazzjoni, il-bidla fid-dehra tagħha tfisser ħafna affarijiet. Mhux biss l-isem imma r-rieda li tinbidel. Ir-ristrutturar huwa eżerċizzju ta’ sfida, speċjalment f’dawn iż-żminijiet diffiċli. Huwa ta’ pjaċir għalhekk li nara din l-ambizzjoni, motivazzjoni u r-rieda ta’ din il-kumpanija li tkompli timxi ’l quddiem.”

pr202244b.png 
 

Waqt id-diskors tiegħu, il-Ministru Scicluna enfasizza l-importanza tad-diversifikazzjoni u qal li, fuq livell nazzjonali, dan kien fattur kruċjali biex l-ekonomija ta’ pajjiżna tibqa’ reżiljenti. Il-Ministru Scicluna spjega li s-servizzi finanzjarji, b’mod partikolari s-settur tal-assigurazzjoni, kienu ewlenin għal din id-diversifikazzjoni. Matul is-snin li għaddew, dan is-settur irnexxa u ġibed ħafna investiment minn pajjiżi oħra. Brexit innifsu ħoloq ħafna interess f’Malta bħala ġurisdizzjoni alternattiva.

pr202244a.png 
  
Iċ-Chairman ta’ LifeStar Paolo Catalfamo qal li, “Mindu ħadna f’idejna GlobalCapital, ħdimna bla heda biex nibdlu l-kumpanija f’waħda innovattiva u  żvelta fis-suq tal-assigurazzjoni. Għaddejna minn ristrutturar qawwi meta għażilna libsa ġdida... introduċejna prattiċi iżjed effiċjenti, u organizzajna mill-ġdid l-istruttura tat-tmexxija biex niżguraw twettiq sostenibbli, barra li nsaħħu l-governanza tad-ditta.  L-isem ġdid tagħna jirrifletti l-bidliet pożittivi li wettaqna biex insaħħu l-istatus tagħna bħala kompetitur rispettat u afdat f’dan il-qasam.”

pr202244c.png 
  
“Ħadna wkoll deċizjoni strateġika biex niffokaw fuq dak li neċċellaw fih – jiġifieri l-assigurazzjoni. Kburin li rnexxielna għal snin twal inżommu l-unur li nissejħu rappreżentanti  denji  ta’ waħda mill-kumpaniji ewlenin fil-qasam tas-saħħa, Bupa, filwaqt li ksibna reputazzjoni soda  bħala kumpanija ewlenija tal-assigurazzjoni  f’Malta.”


---------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------​


Minister Scicluna inaugurates rebranding of Global Capital Plc, as LifeStar Plc.


Minister for Finance and Financial Services Edward Scicluna inaugurated the new brand identity of Global Capital Group, as LifeStar Plc. 

During the inauguration, Minister Edward Scicluna said, “The rebranding of an organisation signifies a lot of things. It’s not just the name but the will to change. Restructuring is a challenging exercise especially in these difficult times. It is a pleasure to see this ambition and motivation and the will to go forward.”

During his speech, alongside LifeStar chairman Prof. Paolo Catalfamo, Minister Scicluna emphasized the importance of diversification and said that on a macro-level, this has been a crucial factor for our economy to remain resilient. Minister Scicluna explained that the financial services, in particular the insurance sector, have been key for this diversification. During the past years, this sector has been successful and has attracted a lot of investment from abroad. Brexit itself created a lot of interest in Malta as an alternative jurisdiction.  

LifeStar chairman Paolo Catalfamo said, “Since taking over GlobalCapital in 2015, we have worked hard to transform the company into an agile and innovative player in the insurance market. We went through a restructuring process in the run-up to rebranding by streamlining processes, introducing efficient working practices and re-organising the management structure to bring about better performance and improved corporate governance. Our new name reflects the positive changes we have made and our status as a trusted and respected player in this segment.

“We also took a strategic decision to concentrate on what we do best: insurance. We have been a proud country representative of one of the world’s leading health insurance principals, Bupa, for many years and have established a solid reputation as a leading provider of insurance products in Malta."