IL-MINISTRU SCICLUNA JIPPARTEĊIPA FIL-LAQGĦAT TAL-EUROGROUP U L-ECOFIN F’BERLIN

Reference Number: PR201716, Press Release Issue Date: Sep 12, 2020
 
Il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna attenda l-ewwel laqgħat mhux virtwali tal-EUROGROUP u l-ECOFIN li saru minn kemm ilha li faqqgħat il-pandemija tal-Covid-19, liema laqgħat saru f’Berlin bejn il-11 u t-12 ta ’Settembru 2020.
 
Matul dawn il-laqgħat, il-Ministri għall-Finanzi tal-Unjoni Ewropea ddiskutew il-futur tal-Ewropa fid-dawl tal-effetti tal-pandemija COVID-19 u kif l-Unjoni għandha tipprepara ruħha biex tindirizza l-isfidi futuri.

pr201716a.png 
 
 
Matul l-intervent tiegħu, il-Ministru Scicluna qal, “Din il-kriżi biddlitilna l-mod ta’ kif naħsbu u ffukajna fuq ir-riżorsi u l-kapaċitajiet tagħna biex nirreaġixxu għall-kriżi. Meta nħarsu lura, għandna nkunu kburin li bħala stati membri flimkien mal-Bank Ċentrali Ewropew, ħaddanna politika ekonomika tajba li indirizzajna l-isfidi li nħolqu b’din il-pandemija. Issa qed niffaċċjaw fażi ġdida bi sfidi ġodda, li teħtieġ aktar kordinazzjoni, speċjalment fir-rigward tal-użu tal-Fondi għall-Irkupru. B’aktar koperazzjoni nkunu nistgħu nottjenu aktar ġid bil-fondi finanzjarji li hemm għad-dispożizzjoni tal-istati membri.”

pr201716b.png 
 
 
Il-Ministru Scicluna kompla jgħid, “Irridu nsibu bilanċ meta nistabbilixxu x’livell ta’ defiċit se jkollna għall-2021. Filwaqt li d-defiċit huwa dejjem piż finanzjarju għal-futur li jrid jiġi kopert, għandna bżonn naġixxu sakemm tibqa’ magħna l-kriżi.”
 
Il-Ministri ddiskutew ukoll l-użu ta' riżorsi pubbliċi biex jiżguraw irkupru ekonomiku rapidu. Il-Ministri taw ħarsa lejn is-sitwazzjoni ekonomika u x’tip ta’ politika ekonomika hemm bżonn li titħaddan, kemm fuq livell Ewropew u nazzjonali. Huma ddiskutew ukoll kif għandha titkompla r-riforma tal-Unjoni Bankarja, liema riforma tinkludi wkoll it-Trattat tal-ESM.

pr201716c.png 
 
 
Il-Ministru Scicluna kellu wkoll laqgħa bilaterali mal-Ministru għall-Finanzi Ġermaniż Olaf Scholz, fejn iddiskutew ir-rispons ekonomiku taż-żewġ pajjiżi li ntuża fir-rigward tal-pandemija, u l-ħtieġa li tiġi diskussa politika kkoordinata mill-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-migrazzjoni fil-Mediterran.

pr201716d.png 
 
 
Ritratti: MFIN

--------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

Minister Scicluna participates in the Eurogroup and ECOFIN meetings in Berlin


Minister for Finance and Financial Services Edward Scicluna attended the first non-virtual EUROGROUP and ECOFIN meetings since the Covid-19 outbreak earlier this year, in Berlin on the 11th and the 12th of September 2020.
 
During the meetings, Finance Ministers of the European Union discussed the future of Europe in light of the COVID-19 pandemic and how to best prepare Europe to deal with future challenges. 
 
During his intervention, Minister Scicluna said; “This crisis has sharpened our thinking and focused our resources and capabilities in responding to the crisis. Looking back, we should be proud that as member states, together with the European Central Bank, we have all been doing a good economic policy job. Now, we are facing a new phase with new challenges which requires more coordination, especially with respect to the utilization of the Recovery Funds. We will get more if we coordinate more, especially on funding.”
 
Minister Scicluna continued; “We need to find a new balance when setting the deficit for 2021. The deficit is always a future burden which must be covered. On the other end, we need to act as long as the crisis remains with us.”
 
Ministers also held an exchange of views on the use of public resources to ensure a swift economic recovery. Ministers took stock of the economic situation and the policy response at a European and national level. They also discussed how to expedite the completion of the Banking Union, including the reform of the ESM Treaty. 
 
On the side of the EUROGROUP and the informal ECOFIN meetings, Minister Scicluna also held a bilateral meeting with German Finance Minister Olaf Scholz, to exchange views on the policy response in both countries and to discuss the need for an EU co-ordinated policy regarding migration in the Mediterranean.
 
Photos: MFIN