ĦRUĠ TAT-62+ SAVINGS BOND TAL-GVERN TA’ MALTA – LULJU 2020

Reference Number: PR201285, Press Release Issue Date: Jul 07, 2020
 
Kif diġà tħabbar mill-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna fit-30 ta’ Ġunju 2020, l-Accountant General qiegħed iniedi l-ħruġ ieħor tat-62 + Savings Bond tal-Gvern ta’ Malta għall-anzjani li twieldu matul is-sena 1958 jew qabel. L-ammont tal-ħruġ se jkun ta’ €60,000,000 soġġett li l-ammont jiżdied sa massimu ta’ €35,000,000 f’kaz li d-domanda tkun aktar mill-ammont tal-ħruġ. 

It-termini tal-ħruġ huma simili ħafna għat-termini u kondizzjonijiet tat-62+ Savings Bonds tal-Gvern ta’ Malta li nħarġu fl-aħħar tliet snin. Il-Bond jgħaddi mgħax b’rata fissa ta’ 3% fis-sena għall-perjodu kollu ta’ ħames snin sakemm idum il-Bond, li jimmatura fis-sena 2025. Il-Bond se jinħareġ b’parità f’unitajiet ta’ €100 u ma’ jistax jiġi nnegozjat, assenjat, trasferit lil xi individwu ieħor jew jingħata bħala rahan. 

L-imgħax jitħallas kull sitt xhur b’lura fil-21 ta’ Jannar u fil-21 ta’ Lulju ta’ kull sena matul il-kors tal-Bond. Detenturi tal-Bond jistgħu jiġbdu l-ammont kollu investit qabel id-data tal-maturità soġġett għall-ħlas ta’ penali għall-fidwa bikrija ekwivalenti għal tliet (3) xhur imgħax gross fuq il-kapital miġbud bir-rata ta’ mgħax li jgħaddi l-Bond. 

Applikazzjonijiet minn investituri eliġibbli għall-ammont minimu ta’ €500 sa massimu ta’ €10,000 kull persuna jiftħu fit-8:30 a.m tal-Erbgħa, il-15 ta’ Lulju, 2020 u jagħlqu l-għada fil-5:00 p.m. tal-Ħamis, l-16 ta’ Lulju, 2020 jew qabel fid-diskrezzjoni tal-Accountant General. Is-sottoskrizzjonijiet fil-Bond iridu jsiru f’isem applikant wieħed biss.    

Applikanti eliġibbli ġodda tat-62+ Savings Bond tal-Gvern ta’ Malta magħmula minn (i) individwi li twieldu fis-sena 1958 u (ii) individwi li twieldu qabel l-1 ta’ Jannar tal-1958 li kienu eliġibbli li japplikaw fil-ħruġ tat-62+ Malta Government Savings Bonds tas-snin ta’ qabel iżda ma applikawx, jistgħu jniżżlu l-formola minn fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment tat-Teżor (www.treasury.gov.mt) jew jiksubha minn u jissottomettuha għand waħda mill-istituzzjonijiet finanzjarji awtorizzati u fornituri awtorizzati ta’ servizzi ta’ investment. L-allocation policy se tagħti preferenza lill-applikanti l-ġodda li s’issa għadhom ma nvestewx fit-62+ Savings Bond tal-Gvern ta’ Malta.

L-individwi li pparteċipaw f’xi ħruġ tat-62+ Savings Bond tal-Gvern ta’ Malta ta’ qabel huma wkoll eliġibbli li japplikaw. Għalhekk dawn l-individwi se jirċievu ittra ta’ tagħrif u formola ta’ applikazzjoni bid-dettalji tagħhom mingħand l-Accountant General.  Id-detenturi eżistenti tat-62+ Savings Bonds tal-Gvern ta’ Malta li huma nteressati li japplikaw għall-ħruġ il-ġdid tat-62+ Savings Bond għandhom jissottomettu l-applikazzjoni għand waħda mill-istituzzjonijiet finanzjarji awtorizzati u fornituri awtorizzati ta’ servizzi ta’ investment. 

Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-prospett li issa jista’ jitniżżel ukoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor (www.treasury.gov.mt).

--------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

 Issuance of 62+ Malta Government Savings Bond – July 2020

As announced by the Minister for Finance and Financial Services on 30th June 2020, the Accountant General is launching another issue of the 62+ Malta Government Savings Bond for the elderly born during the year 1958 or before. The amount on issue shall be €60,000,000, subject to an over-allotment option of an additional amount up to a maximum of €35,000,000. 

The terms of the issue are very similar to the terms and conditions of the 62+ Malta Government Savings Bonds issued in the past three years.  The Bond earns interest at a fixed rate of 3% per annum for the whole five-year term of the Bond maturing in the year 2025. The Bond shall be issued at par in units of €100 and cannot be negotiated, assigned, transferred onto any other individual or pledged. 

Interest is paid semi-annually in arrears on the 21st January and 21st July in every year during the term of the Bond. Bondholders may withdraw the whole amount invested before the maturity date subject to a penalty equivalent to three (3) months gross interest on the principal amount withdrawn at the interest rate of the Bond.    

Applications from eligible investors for a minimum amount of €500 up to a maximum of €10,000 per person open on Wednesday 15th July at 8.30 a.m. and close the next day at 5.00 p.m on Thursday 16th July 2020, or earlier at the discretion of the Accountant General.  Subscriptions in the Bond are to be made in the sole name of the applicant.

New eligible applicants in the 62+ Malta Government Savings Bond made up of (i) individuals born in the year 1958 and (ii) individuals who were eligible to apply in the past issuances of the 62+ Malta Government Savings Bond but did not apply, may download the application form from the Treasury Department’s website at www.treasury.gov.mt or obtain and lodge the application form at one of the authorised financial institutions and authorised investment service providers.  The allocation policy shall give preference to new eligible applicants who have not yet invested in the 62+ Malta Government Savings Bond. 

Individuals who participated in any previous issuance of the 62+ Malta Government Savings Bond are also eligible to apply.  To this effect they shall be receiving an information letter and an application form with their own details from the Accountant General. The existing holders of the 62+ Malta Government Savings Bond who are interested to apply for this new 62+ Savings Bond may lodge their application form at one of the authorised financial institutions or authorised investment service providers.  

More information can be found in the prospectus which is now available and can be downloaded from the Treasury’s website at www.treasury.gov.mt.