L-ANZJANI U L-PENSJONANTI HUMA L-PRIJORITÀ TA’ DAN IL-GVERN

Reference Number: PR192500, Press Release Issue Date: Nov 20, 2019
 

​“L-anzjani u l-pensjonanti huma l-prijorità ta’ dan il-gvern. Fl-aħħar snin mhux biss żidna l-pensjonijiet imma daħħalna wkoll miżuri oħra li komplew itejbu l-ħajja tal-penzjonanti”, stqarr il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna waqt laqgħa li kellu illum mal-Għaqda Pensjonanti tal- GWU, fejn ġew spjegati d-diversi miżuri mħabbra fil-baġit għas-sena d-dieħla li jikkonċernaw lill-penzjonanti.

Fost il-miżuri li semma il-Ministru Scicluna, kien hemm l-iskema li se jerġa’ jkun hemm ta’ aktar żidiet fil-pensjonijiet, għotja lill-anzjani li qegħdin f’dar residenzjali privata, u Tal-Linja card b’xejn għal anzjani li jagħlqu l-ħamsa u sebgħin sena, ħruġ ta’ bonds magħrufa bħala 62+ Government Bond, bil-għan li l-penSjonanti jkollhom introjtu aħjar fuq flushom f’xenarju fejn ir-rati tal-imgħaxijiet fuq il-kontijiet bankarji fissi għadhom baxxi.

 
Il-Ministru Scicluna rrisponda għal diversi mistoqsijiet li l-pensjonanti staqsewh.
 
pr192500a.png 
 
pr192500b.png 
 
 
pr192500c.png