L-IMF: Malta b’waħda mill-aktar ekonomiji li qed jikbru fl-Ewropa

Publication Date: Feb 22, 2017
 
​Wara l-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija Fitch, il-Fond Monetarju Internazzjonali ħareġ rapport dwar l-ekonomija Maltija li fih l-Bord Eżekuttiv tal-IMF faħħar lill-awtoritajiet Maltin għal miżuri ta’ konsolidament tal-finanzi pubbliċi. Il-Bord qal li l-Gvern Malti ħoloq bilanċ tajjeb li bih waqt li naqqas liżbilanċ tal-budget u d-dejn, sostna t-tkabbir ekonomiku.
 
L-Ekonomisti tal-IMF qalu li l-ekonomija Maltija hija waħda mill-aktar ekonomiji li qed tikber fl-Ewropa, mgħejjun mir-rata tal-konsum fis-suq Malti kif ukoll millaktar rata baxxa ta’ qgħad u ħolqien tal-impjiegi. L-IMF ikkumenta wkoll li bissettur tas-servizzi, Malta għandha bilanċ kurrent favorevoli. Huma kkumentaw ukoll dwar li l-banek f’Malti li jaħdmu fis-suq Malti għandhom livell għoli ta’ likwidità u kapital adegwat u qed ikollhom profitti saħansitra ogħla minn ta’ banek Ewropej.
 
L-IMF qal li l-prospetti ekonomiċi huma favorevoli għal Malta anki jekk bassar li r-rata tat-tkabbir ser tkun aktar moderata fil-livell ta’ 3.4% din is-sena. Irrapport jgħid li l-qgħad ser jibqa’ f’livell baxx għalkemm ibassar li l-inflazzjoni ser tiżdied minħabba li l-prezzijiet internazzjonali qed jogħlew.
 
Il-Bord Eżekuttiv tal-IMF ħeġġeġ lill-Gvern Malti jkompli jimplimenta policies li jilqgħu għax-xokkijiet li l-ekonomija miftuħa Maltija jista’ jkollha. Wera sodisfazzjon ukoll li l-Gvern qed jaħseb għal strateġija fiskali li tilqa’ għal dawn il-kontinġenzi waqt li fl-istess ħin qed iwettaq riformi strutturali speċjalment fissuq tax-xogħol, fil-qafas legali u t-twaqqif tal-Bank Malti tal-Iżvilup