Il-Viċi President tal-KE jfaħħar ir-riżultati ekonomiċi pożittivi ta' Malta

Publication Date: Mar 30, 2017
 
Valdis Dombrovskis, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea faħħar ir-riżultati ekonomiċi pożittivi li qed tikseb Malta, fosthom bi tkabbir ekonomiku ogħla mill-medja fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u l-aħbar tal-lum li kisbet surplus fil-budget.
 
Fi tmiem laqgħa mal-Ministru tal-Finanzi, Edward Scicluna, il-Kummissarju Ewropew qal li Malta qed tmexxi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea b’mod professjonali ħafna. Dan b’mod specjali fejn jidħlu l-oqsma relatati mal-‘Capitals Market Union’, il-futur tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (EMU) u biex fil-laqgha li jmiss tal-ECOFIN jintlaħaq qbil fuq in-‘non performing loans’.