IL-MINISTRU EDWARD SCICLUNA F’TAĦDIDIET MAL-KUMMISSARJU GĦOLI TAL-GHANA GĦAL MALTA

Reference Number: PR172757, Press Release Issue Date: Dec 01, 2017
 
​Il-Ministru għall-Finanzi, Edward Scicluna, kellu żjara mill-Kummissarju Għoli tal-Ghana għal Malta, is-Sinjura Mercy Bampo Addo.
 
pr172757a.png 
 
F’Lulju li għadda, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca kienet mexxiet delegazzjoni Maltija fil-Ghana. Fost oħrajn id-delegazzjoni kienet tikkonsisti mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela u membri minn Trade Malta. Dakinhar huma kienu ltaqgħu mal-President tar-Repubblika tal-Ghana.
 
pr172757b.png 
 
Il-Ministru Scicluna u l-Kummissarju Addo tkellmu dwar affarijiet ta’ interess bilaterali u anke kif Malta tista’  tgħin fl-iżvilupp ekonomiku tal-Ghana.