MINISTER FOR FINANCE EDWARD SCICLUNA ADDRESSES THE NSO CONFERENCE WITH THE THEME ‘STATISTICS - HELPING MALTA MAKE BETTER DECISIONS’

Reference Number: PR172031, Press Release Issue Date: Sep 12, 2017
 
​While addressing a conference organised by the National Statistics Office of Malta with the theme, ‘Statistics - Helping Malta Make Better Decisions’, Minister for Finance Edward Scicluna emphasised on the need that the National Statistics Office attracts more qualified and motivated employees who are keen to work in this very important sector and joining an entity already equipped with experienced employees in this sector.
 
Minister Scicluna noted that the statistics sector is facing a number of challenges, caused by structural changes in the global economy and how it operates.
 
pr172031a.png 
 
He went on to explain how IT investment has and continues to make the collection of information easier and more efficient. He stressed that organisations gathering and storing statistics need to ensure that nothing hinders this process whilst at the same time doing so at the least possible cost.
 
Minister Scicluna stressed on the importance of data sharing between public institutions in order to reduce bureaucracy with the scope of protecting businessmen and for the benefit of the citizens.
 
The Minister continued by expressing the importance that statistics are published in a timely and efficient manner but not at the expense of quality and accuracy. This is crucial since on the basis of these statistics certain important decisions for the country and particular organisations are taken.
 
pr172031b.png 
 
Minister Scicluna concluded by saying, “statistics is very important for every citizen since it shows the progress that has been taking place whilst identifying those sectors where further work is needed.”
 
This conference was also addressed by the Director of Eurostat Dr Emanuele Baldacci who commended the collaboration between EUROSTAT and the National Statistics Office of Malta.
 
-------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------
 
Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna jindirizza konferenza tal-NSO bit-tema “Statistics – Helping Malta Make Better Decisions”
 
Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna indirizza konferenza organizzata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) bit-tema “Statistics – Helping Malta make better decisions”. Il-Ministru enfassiza fuq il-bżonn li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jattira iżjed ħaddiema kwalifikati, motivati u li lesti jaħdmu f’dan il-qasam tant importanti, sabiex jingħaqdu mal-ħaddiema ta’ esperjenza li diġà għandha din l-entità.
 
Dan hekk kif is-settur qed jaffaċċja numru ta’ sfidi minħabba bidliet strutturali li qegħdin isiru fid-dinja tal-ekonomija u kif din qegħda topera.
 
Il-Ministru rrimarka kif l-investiment li qed isir fl-Informazzjoni Teknoloġika qed jagħmel il-ġbir tal-informazzjoni iżjed faċli u effiċjenti. Il-Ministru tenna kif organizzazzjonijiet li jżommu l-istatistika jridu jaraw kif ma jħallu xejn ixekkel il-proċess iżda jagħmlu dan bl-inqas spejjeż possibbli.
 
pr172031c.png 
 
Huwa saħaq fuq l-importanza li istituzzjonijiet pubbliċi jaqsmu l-informazzjoni miġbura sabiex ikun hemm inqas burokrazija bil-għan li jiġu salvagwardjati l-interessi tan-negozjanti u kif ukoll għall-benefiċċju taċ-ċittadin.
 
L-istatistika għandha dejjem tkun ippubblikata fil-ħin, b’mod effiċjenti u mingħajr ma tonqos il-kwalità jew l-eżatteza tagħha. Dan huwa kruċjali peress li abbażi ta’ din l-istatistika jittieħdu deċiżjonijiet ta’ importanza għall-pajjiż kif ukoll għall-organizzazzjonijiet partikolari.
 
Il-Ministru Edward Scicluna temm jgħid li “l-istatistika hija ferm importanti għal kull ċittadin għax turi b’mod ċar il-progress li jkun sar filwaqt li tidentifika wkoll is-setturi fejn trid issir iżjed ħidma”.
 
Il-konferenza kienet indirizzata wkoll mid-Direttur tal-Eurostat Emanuele Baldacci li faħħar il-kollaborazzjoni bejn l-EUROSTAT u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ta’ Malta.