ĦRUĠ TA’ BOND TAL-GVERN GĦALL-ANZJANI: WEGĦDA OĦRA MWETTQA

Reference Number: PR171820, Press Release Issue Date: Aug 01, 2017
 
​Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna ta dettalji dwar it-tnedija ta’ Savings Bond li għalih huwa eliġibbli li japplikaw dawk l-individwi li twieldu matul is-sena 1955 jew qabel.
 
Konxju mit-tnaqqis drastiku fid-dħul addizzjonali li l-pensjonanti kien qed ikollhom, fid-dawl ta’ tnaqqis tar-rati t’imgħax fuq depożiti fissi mal-banek kummerċjali li kellhom fl-aħħar snin, “kien għalhekk li fil-budget ta’ din is-sena l-Gvern kien ħabbar miżura li permezz tagħha jinħareġ bond, b’rata t’imgħax ferm aħjar minn dik tas-suq immirati biss għall-pensjonanti, dan sabiex itejbu d-dħul tagħhhom”, qal il-Ministru Scicluna.
 
Is- ‘62+ Government Savings Bond’ se jkollu rata t’imgħax ta’ tlieta fil-mija, liema rata hija ogħla mir-rati li qegħdin joffru banek kummerċjali fil-preżent. L-imgħax se jitħallas kull sitt xhur.
 
pr171820a.png 
 
 
Kull investitur se jkun jista’ jinvesti sa massimu t’għaxar t’elef ewro u minimu ta’ ħames mitt ewro. L-investiment se jkun marbut għal ħames snin u mhux se jkun jista’ jiġi “traded” fuq il-Borża ta’ Malta.
 
Sabiex seta’  jinħareġ dan it-tip ta’ Bond b’rati attraenti indirizzati apposta għall-bżonnijiet tal-pensjonanti, kellha tinbidel il-liġi dwar il-Bills tat-Teżor ta’ Malta, liema liġi għaddiet mill-Parlament ftit tal-jiem ilu.
 
L-applikazzjonijiet għal dan il-Bond se jibdew jintlaqgħu mill-4 ta’ Settembru li ġej.  
 
“Kuntent li sa fl-aħħar il-Gvern issa jista’ jimplimenta miżura oħra biex tkompli ttejjeb id-dħul tal-pensjonant” temm jgħid il-Ministru Scicluna.
 
--------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------
 
A fulfilled promise: The issue of government bond for senior citizens
 
Minister for Finance Edward Scicluna gave a detailed briefing regarding the Savings Bond for individuals born during 1955 or before.
 
Aware of the sharp decline in additional income to pensioners, because of the reduction in interest rates on fixed deposit accounts offered by commercial banks in recent years, Minister Scicluna said that, “for this reason the Government had announced a measure by which it will issue a Bond, with a much better interest rate than those on the market, to enhance pensioners’ income.”

pr171820b.png
 

The ‘62+ Government Savings Bond’ will have an advantageous interest rate of 3 percent, which rate is relatively higher than the rates commercial banks are offering at present.
 
The interest will be paid every six months and each investor will be able to invest up to ten thousand Euros and a minimum of five hundred Euros.
 
The investment will be kept for five years and cannot be “traded” on the Malta Stock Exchange.
 
In order for this type of Bond to be issued with attractive rates specially addressed to the needs of pensioners, there was a change in the Treasury of Malta Law Bills, which law passed by Parliament a few days ago.

pr171820c.png
 

Applications for this Bond will start being received as from the 4th of September.
 
“I am happy that the Government now is able to implement another measure which is aimed to enhance pensioners’ income,” concluded Minister Scicluna.

   View the related video by clicking here.